Claudia Faniello kienet mistiedna fuq TVAM fejn tkellmet dwar l-irwol tagħha ta' kantanta kif ukoll illum il-ġurnata, ta' preżentatriċi. Ilna għal dawn l-aħħar xhur insegwu lil Claudia kull nhar ta' Sibt waqt il-programm Sibtek.

Minkejja tinsab tant kuntenta b'dan l-irwol ġdid, il-mużika hi dejjem parti importanti f'ħajjitha. Claudia titkellem anke fuq il-familja tagħha, fejn il-mużika tispikka. Issemmi anke lil ħuha Fabrizio Faniello, li tiftakarha tappoġġjah mill-udjenza waqt lli jkun ikanta.

Għadhom sal-lum jappoġġjaw lil xulxin, hekk kif iż-żewġt aħwa huma kantanti stabbiliti fix-xena lokali. Oħt Claudia u Fabrizio, Miriana, dejjem tkun warajhom f'kull avventura li jkollhom. Nistgħu ngħidu li hi wieħed mill-akbar sostenn li għandhom.

Waqt l-intervista Claudia tfakkar il-bidu tal-karriera mużikali tagħha kif ukoll l-ewwel dehriet tagħha fuq it-televiżjoni.

"Din is-sena ħa nagħlaq 20 sena mid-debutt tiegħi fil-mużika... minn hemm qisu bdejt anke id-debutt tiegħi fuq it-televiżjoni. Jiena l-ewwel darba li ħadt sehem fil-festival, kien rebaħ Fabrizio," issemmi Claudia.

Segwi aktar hawn fil-filmat:


Kyle Zarb