Ilkoll nafu kemm hi kantanta bravissima l-preżentatriċi u ġurnalista Maria La Barokka Muscat. Kemm-il darba kellna x-xorti li nitpaxxew bil-vuċi stupenda tagħha u fl-istedina tagħha waqt Għaddi s'hawn Maria rnexxielha tissorprendi għal darb'oħra!

Il-pjanist Andrew Pace malli daqq l-ewwel noti ta' kanzunetta li tant tħobb u tant hi familjari magħha Maria, bdiet tkanta minnufih b'mod spontanju. "Din bla provi!", tgħid Maria. Fil-fatt tat prestazzjoni impromptu li bla dubju mill-ġdid impressjonat lit-telespettaturi kollha.

Segwu aktar hawn taħt! Bravissima Maria! 


Kyle Zarb