Kif kulħadd jaf bħalissa l-kantanta Davinia Pace tinsab ġewwa l-Amerika u oħtha Natasha, mingħajr ma qaltilha xejn iddeċidiet li tagħtiha sorpriża ħelwa. Sorpriża li ħalliet lil Davinia taħt xokk, kif tistgħu taraw fil-filmat.

Mir-reazzjoni fuq wiċċha, żgur li ma kinitx qed tistenna li oħtha tmur iżżurha hemm. Ir-relazzjoni bejn dawn iż-żewġ aħwa hi waħda verament ħelwa u ta' spiss kienu jkunu fil-kumpanija ta' xulxin!

Żgur li Davinia ħa tieħu gost bil-preżenza ta' oħtha ġewwa l-Amerika.

Facebook / Davinia Pace


Emil Calleja Bayliss