Fuq il-paġna ta' Instagram Steph Rodgers kitbet dwar il-bidla tar-rutina li tesperjenza kull omm, dik ta' qabel issir ġenitur, għal meta eventwalment issir, u aktar tard meta terġa' lura għall-ħajja l-antika.

Steph permezz ta' filmat uriet lis-segwaċi tagħha kif  saret tkun ir-rutina tagħha minn meta saret omm, fejn tibda l-ġurnata billi tqatta' l-ħin ma' binha. Apparti minn hekk għandha xi ftit aktar ħin biex tagħmel l-affarijiet b'aktar kalmizza.  

Steph tikteb, "Daqt tinbidlilna r-rutina la nerġa' nidħol xogħol jekk Alla jrid. Għalissa ngawdu dawn l-i #slowmornings." Żgur li ħafna ommijiet jirrelataw ma' dan!


Kyle Zarb