Hemm ħafna qlajjiet għaddejjin dwar jekk Ylenia u Daniel tal-Bay hux joħorġu flimkien! Dehru diversi artikli, inkluż fuq Gwida.mt iżda huma la kkonfermaw u anqas innegaw dan il-fatt! Dalgħodu semmiegħa tagħhom kellha ċans li tagħmel kuntatt magħhom f'kompetizzjoni u għamlet il-kuraġġ u staqsiet il-mistoqsija lilhom dirett!

Daniel u Ylenia qed joħorġu flimkien jew le!? It-tnejn li huma baqgħu kemxejn mistgħaġba kif xi ħadd kellu l-kuraġġ jistaqsihom din il-mistoqsija. Ylenia infatti spiċċat bla kliem u Daniel malajr irrisponda u qallha jekk taqta' x'inhu l-ħoss misterjuż barra li tirbaħ il-kompetizzjoni, inwieġbu l-mistoqsija.

Daniel qallha li tista' tkun iva, daqskemm tista' tkun le... Insomma aħna ħa nħallukom taraw il-filmat hawn taħt ħa taraw jekk wieġbux jew le!

Facebook / Ylenia Spiteri


Emil Calleja Bayliss