Francesca Vassallo xeħtet dan il-filmat fuq TikTok ftit jiem ilu. Peress li ma kienx possibbli li jagħtu tislima lill-għallem tat-tfal tagħhom, dawn il-ġenituri ddeċidew li jmorru quddiem il-bieb tiegħu f'Ħaż-Żabbar jpaqpqulu b'serbut ta' karozzi. Dan kien mod ħelu ta' kif dawn il-ġenituri setgħu jirringrazzjawh tax-xogħol u d-dedikazzjoni li għamel mal-istudenti.

@francescavassallo3

student's didn't get to say goodbye to their fave ##teacher due to ##covid.... so this is what they did to thank him for his love and dedication 😭

♬ Coffee for Your Head - Vinyll

Għas-Sur Luke, din kienet l-ewwel sena tiegħu bħala għalliem u ħareġ bl-unuri. Għalliem dedikat li dejjem jara kif jagħmel biex jgħallem b'mod kreattiv. Ċertament li l-iskola tal-Kalkara għandhom għalliem uniku.

Sabiħ tara ġenituri bħal dawn japprezzaw ix-xogħol tal-għalliema.


Anthony Baldacchino