Waħda mit-tlieta ta' The Traffic Threesome fuq Vive FM tiċċelebra għeluq sninha! Din mhi ħadd ħlief Valentina Rossi, li llum tagħlaq 27 sena. L-għarus tagħha Carlo Gerada li ħafna jafuh bħala DJ qasam filmat ħelu fuq il-midja soċjali li nistqarru li nisslilna tbissima fuq wiċċna.

Carlo jawguralha u jiddeskrivi lil Valentina bħala, “ruħ umli, ħabrieka u sabiħa." Hu jkompli jżid, "Onestament inħossni xxurtjat li jkollok lilek f'ħajti." Hu jaqsam filmat ta' xi qtajja li ta lil Valentina f'diversi postijiet.

Dalgħodu hi wkoll qasmet post fuq il-mezzi soċjali tagħha, b'ritratti ta' kejk kbir. Jidher li lesta biex tiċċelebra filwaqt li tara l-Eurovision Song Contest! Nafu kemm hi fan ta' dan l-ispettaklu!

Awguri Rossi!

Facebook / Carlo Gerada


Emil Calleja Bayliss