Il-ħlewwa taċ-ċkejkna Giorgia Mae qed tisraq ix-xena u anke l-qlub tal-poplu Malti u Għawdxi. Tifla li fl-innoċenza tagħha turi l-ferħ ġenwin meta membru tal-familja tagħha; missierha, huwa fiċ-ċentru tal-attenzjoni hekk kif ħa t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh bħala Prim Ministru. Iżda min verament qed fiċ-ċentru tal-attenzjoni? Il-Prim Ministru Dr. Robert Abela jew Giorgia Mae?

Ritratt: Facebook/ Lydia Abela

Mistoqsija lbieraħ dwar il-papà tagħha fuq il-programm Xarabank, iċ-ċkejkna tat deskrizzjoni ta' kif tħares lejn missierha kif ukoll lejn ommha Lydia li hija wkoll ilha nvoluta fix-xena pubblika għal numru ta' snin. L-affezzjoni lejn il-ġenituri tagħha hija evidenti. Iżda min qatt basar li Giorgia Mae lil missierha l-Prim Ministru ssejjaħlu Sponge Bob? "Għax għandu wiċċu square u għandu ġismu square!", qalet innoċentmanet it-tifla.

L-aktar ħaġa li ma jafx jagħmel il-papà skond Giorgia Mae hija li ma jafx jagħżel il-ħwejjeġ tant li tispiċċa tagħżillu ħwejġu Lydia. La tikber tixtieq issir veterinarja u anke Prim Ministru. "Jekk inkun Prim Ministru jiena nneħħi l-uniformi mill-iskejjel ħalli t-tfal ikunu jistgħu jilbsu xi jeans u xi ħaġa li jkunu jridu jilbsu!"

Min jaf jaqrahx il-Ministru tal-Edukazzjoni Dr. Owen Bonnici dan l-artiklu?! Kemm inti simpatika Giorgia Mae! Għandhom għalfejn ikunu kburin bik il-ġenituri tiegħek!

Segwi l-intervista kollha hawn:

Ritratt: Facebook/ Lydia Abela


Clifford Galea