Waqt il-programm Manicolo & Co tal-bieraħ rajna mistieden lill-kantant bravissimu Keith Zammit Mintoff, li nafuh ukoll bħala r-raġel tal-attriċi Paula Zammit Mintoff. Apparti l-kant, Keith kapaċi jkun imitatur tal-ħsejjes tal-annimali wkoll!

Dan stajna narawh waqt il-programm tal-bieraħ, hekk kif Jurgen qallu biex jimita l-ħsejjes ta' tliet tipi ta' annimali; tas-serduq, tat-tiġieġa u tax-xadina. "Impressjonajtni!", kienet ir-reazzjoni ta' Jurgen. Aħna jkollna naqblu miegħu ġifieri!

Araw daqsxejn x'kapaċita għandu Keith!


Kyle Zarb