Rita minn Birżebbuġa issa kulħadd sema' biha, mara b'qalbha tajba li tħoss għan-negozju wkoll. Ovvjament tħossha meta tkun investejt tant ħin u spejjeż imbagħad tort tal-pandemija jkollok tagħlaq. 

Għada filgħodu u filgħaxija, Rita tal-bar ser tagħmel 'happy day'. Rita tgħid li ser ikun hemm roħs fil-birra peress li ser tkun l-aħħar ġurnata. Rita tistieden lill-ħbieb u klijenti tagħha, "Aħjar tgawdu intom milli tiskadi u tintrema, il-ħela mhi tajba għal ħadd!" tagħlaq Rita.

Tispera li l-Ħadd tkun ġurnata sabiħa ħa tkun tista tgawdi ġurnata bhan-nies normali. 


Anthony Baldacchino