Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, Ben Camille tefa’ filmat li juri kif iqatta’ l-ġurnata ta’ kuljum ma’ Elle,  il-“kuċċla pie” tiegħu.

Il-filmat juri bosta partijiet differenti tal-ġurnata, fosthom meta Ben u Elle jilgħabu peekaboo flimkien, meta Elle tkun qed tinħasel jew tiekol, u saħansitra hemm parti fejn qed jippetnaw xagħar xulxin!

Għalija l-iżjed parti ħelwa hi meta jsaqsiha biex tbusu waqt li tkun qed tinħasel u mill-ewwel Elle tersaq ’il quddiem u ttih bewsa.

F’parti oħra tal-filmat, Ben ikun qed jitma’ lil Elle u jsaqsiha “imma qed tbusni għax trid l-ikel jew għax tħobbni?” Fil-pront itiha bewsa, jinfaqa’ jidħaq u jgħidilha “għax tħobbni!"

ben
Ritratt: Facebook/Ben Camille

Xi ħaġa li tidher ħafna fil-filmat huwa l-ferħ kontinwu ta’ Elle u l-fatt li ilħinkollu titbissem. Id-dedikazzjoni ta’ Ben Camille u l-mara tiegħu Kristina bħala ġenituri tidħer ħafna.

Minn hawnhekk nixtieq nawguralhom aktar memorji sbieħ bħal dawn li qed jimlew il-qalb tal-Maltin ukoll!

Facebook/Ben Camille


Nicole Barbara