Jidher li fuq il-paġna uffiċjali ta’ Vibe FM, it-trio Nate, Frank & Rossi rnexxielhom isibu żewġ ritratti li jeħduna lura fiż-żmien sew!

F’dawn ir-ritratti hemm żewġ studenti subien, wieħed minnhom il-Prim Ministru ta’ Malta u l-ieħor preżentatur fuq Vibe FM. Fil-fatt dawn iż-żewġ studenti ta’ snin ilu huma Dr. Robert Abela u Frank Zammit!

Nate, Frank & Rossi qabdu ż-żewġ ritratti u ħolqu daqsxejn ta’ votazzjoni ta’ min kien l-iktar student gustuż. Dr. Abela jidher li qed jirbaħ s’issa mill-votazzjoni, iżda tajjeb ngħidu li mill-kummenti jidher li għajnejn Frank serqu l-qlub ta’ bosta!

Lil min ser tivvota int?


Kyle Zarb