Terry Muscat fuq il-mezzi soċjali tagħha ħabbret li mhux se tikkontesta t-tiġrija għall-Kunsill Lokali. Hi tikteb, "B'dispjaċir kbir ħa jkolli nħabbar illum li mhux se nkompli t-tiġrija għall-elezjoni tal-kunsill lokali." Hi tispjega li skopriet li jekk tkun eletta, titlef ix-xogħol tagħha minn mal-kunsill u wara li ċċekkjat fejn kellha tiċċekkja, skopriet li dan hu kollu minnu.

Hi żżid, "B'dispjaċir kbir għażilt ix-xogħol biex naħdem iktar b'lealtà u mħabba lejn lokalità u n-nies ta' Bormla li għandi għal qalbi l-importanti hu li żgur hu ħa nibqa' naħdem għan-nies ta' Bormla u nirsisti iktar għalihom, vera ddispjaċuta ħafna li jiena mhux ħa nkun fil-lista. Li jiena xtaqt inkun fil-lista kandidata tal-kunsill għax dejjem kienet ix-xewqa tiegħi imma xorta waħda nibqa' naħdem. Irrid nirringrazzja kull min tagħni support tiegħu u għadni s'issa qed jagħtuni s-sapport."

Terry tkompli, "Irrid nirringrazzja min tani leħen fil-programm tiegħu biex inkun vuċi għal dawk nies li m'għandekx vuċi Bormliżi, għalkenm xorta ħa nkun il-vuċi tagħhom naf ukoll bi stqarrija li ħriġt, issa se jkun hemm parti żgħira li ħa jieħdu pjaċir li ħa nwarrab imma nemmen li maġġoranza tal-Bormliżi li kienu miegħi, ħa jibqgħu miegħi u naf x'qiegħda ngħid għax kelma waħda kienu jgħiduli jekk ma toħroġ int ma nivvutax l-Ħadd għax int persuna. Li kont tati kasna u kont taħdem imma xorta nibqa' naħdem għal din lokalità b'saħħa u vera ddispjaċuta ħafna."

Facebook / Terry Muscat


Emil Calleja Bayliss