Il-preżentatur popolari u maħbub ta' ONE, Clint Bajada, kiteb messaġġ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sabiex jawgura minn qalb lill-ġenituri tiegħu li ċċelebraw proprju 50 sena minn meta qalu iva lil xulxin. Iva, li ħalliet il-frott tagħha f'imħabba, paċi u hena fost il-familja Bajada.

Clint jikteb, "Jum speċjali għal-familja tagħna. Awguri lil ommi u missieri, f'għeluq il-50 anniversarju miż-żwieġ. Grazzi tal-valuri sbieħ u s-sempliċità li gawdejna fi tfulitna u l-imħabba bla qies f'kull mument fil-ħajja tagħna. Awguri ma, Awguri da."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom ħafna aktar snin fejn igawdu lil xulxin! Awguri mill-ġdid!

Facebook / Clint Bajada


Emil Calleja Bayliss