Il-Membru Parlamentari Justin Schembri jaqsam ritratt u jikteb messaġġ lil Annalise Galea, l-imħabba ta' ħajtu, f'jum għeluq sninha. Annalise żgur li tista' tifhem l-impenn li l-pożizzjoni ta' Justin iġġib magħha minħabba li anke hi midħla tal-politika.

F'dan il-jum għażiż hu jiktbilha, "Awguri kbira lill-persuna li nsibha dejjem warajja, kuljum, f'kull ferħ, f'kull sfida, f'kull diffikultà: Annalise Galea. Happy Birthday! Ibqa' 'għix', 'tbissem' u 'ħobb'."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Annalise l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena mimlija suċċess, ferħ u saħħa. Awguri mill-qalb Annalise.

Facebook / Annalise Galea


Emil Calleja Bayliss