Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur Dorian Cassar. Lil Dorian nafuh kemm minn programmi tar-radji lokali kif ukoll dawk televiżivi. Bħalissa Dorian jieħu ħsieb il-programm ONE Breakfast li jixxandar kull filgħodu mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Fost dawk li awgurawlu kien hemm ir-raġel tiegħu Paul Camilleri. "Awguri f'għeluq sninu lill-bniedem favorit tiegħi. Awguri Sur Cassar Camilleri. Għal aktar vjaġġar, ikliet ta' filgħaxija u togħmiet tal-inbid." Xerred anke ritratt flimkien għall-okkażjoni.  

Awguri mill-qalb Dorian!


Kyle Zarb