Fuq il-paġna Maltese Roads Traffic Updates għadha kemm intefgħet post biex twissi lis-sewwieqa b’inċident li għadu kemm seħħ ftit tal-minuti ilu.

Dawn kitbu li viċin il-lukanda Excelsior sar inċident u għalhekk mistenni li jkun hemm xi traffiku minħabba dan. Wissew ukoll li hemm xi traffiku fit-triq mill-Mosta lejn Burmarrad. Jidher li għadu mhux magħruf għala hemm dan it-traffiku f’dawn l-inħawi.

Importanti li wieħed joqgħod attent jekk għandu bżonn jgħaddi minn dawk l-inħawi u jekk possibbli jgħaddi minn toroq oħra għad-destinazzjoni tiegħu.

traffic


Henzley  Bezzina