L-attriċi Pauline Spiteri Bugeja tikteb messaġġ mill-qalb fuq il-mezzi soċjali tagħha! Hi tikteb, "Ħassejt li għandi nitlob għal paċi llum, avolja miniex xi persuna reliġjuża ħafna għeżież ħbieb tiegħi… Is-sitwazzjoni fid-dinja qed teskala, l-irjus iebsa mhux qed irattbu qalbhom, mhux għaddejjin minn żmien sabiħ xejn."

Hi żżid, "L-aħbarijiet xejn ma huma sbieħ, filwaqt li ħafna minnha aljenati b’kollox. Spirtu Ssantu illumina l-mexxejja kollha tad-dinja biex isibu soluzzjoni, mingħajr iżjed gwerer, mingħajr vjolenza. Mulej illiberana min kull deni, u żomm idejk fuqna."

Hi ttemm, "Madonna idħol għalina f’dan iż-żmien ta' periklu għad-dinja kollha u għal Malta tagħna wkoll, nitolbu flimkien bi Kristu sidna, ammen."


Emil Calleja Bayliss