Il-preżentatriċi Antonella Galea Loffreda sellmet il-memorja ta' persuna li kien tant viċin il-familja tagħha, u li dejjem kien hemm għalihom. Antonella xerrdet anke ritratt memorabbli tiegħu flimkien magħhom.

"Ħasda kerha dalgħodu ħabib tagħna Adrian Saliba Corrado. Ħallejtna bla kliem. Insellmulek b'dan ir-ritratt li jfakkarna f'esperjenza sabiħa immens illi inti wkoll bqajt issemmili sa ftit ġranet ilu."

Antonella tagħmel il-kuraġġ lill-familjari tiegħu. Bosta kienu li sellmu l-memorja tiegħu huma wkoll fil-kummenti. Strieħ fis-sliem Adrian.


Kyle Zarb