Dalgħodu dawk kollha li jisimgħu The Morning Vibe, semgħu lil JD, Martina u Jonathan jiddiskutu jekk jixbuhx l-aktar lil ommhom jew lil missierhom. Aħna ta' Gwida.mt iddeċidejna li ngħinuhom ftit u naraw x'jaħsbu l-qarrejja tagħna.

Ritratt: Facebook / The Morning Vibe

Aħna l-Maltin, qisu parti mid-DNA tagħna li kif naraw tarbija rridu bil-fors naraw jekk it-tarbija tixbahx l-aktar lil ommha u lil missierha. Wara li nagħmlu dan, ma nkunux sodifatti u ħafna drabi naqilgħu r-razza kollha - aħwa, nanniet, zijiet, kuġini, sekondi kuġini... insomma kull min jiġi f'moħħna.

Dawn għamluha faċli għax waqfu fuq l-omm u l-missier... ngħidu aħna għalina ta' Gwida.mt, ix-xebh qed narawh u qisu evidenti imma nħallu lilkom tgħidulna naqra x'taħsbu dwar dan, forsi taħsbuha kemxejn differenti minnha wara kollox.


Emil Calleja Bayliss