Nhar is-Sibt li ġej 7 ta' Diċembru l-Eċċellenza tagħħa President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca ser tiċċelebra għeluq snienha.

U ċ-ċelebrazzjonijiet bdew kmieni hekk kif ilbieraħ waqt laqgħa tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Nazareth taż-Żejtun, il-kollegi tagħha qasmu l-ferħ magħha permezz ta' kejk turija ta' apprezzament għall-ħidma li għadha twettaq fost dawk li l-aktar li tant tħobb; il-persuni b'diżabbilità.

Marie Lousie Coleiro Preca hija wkoll il-President tal-bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni Nazareth liema fondazzjoni twaqqfet fl-1995 minn Dun Ang Seychell bil-għan li tgħin persuni li m'għandhomx familja jew li ma jistgħux jgħixu mal-familja għal diversi raġunijiet.

Ad multos annos Marie Louise u kompli wettaq iżjed ġid.

Ritratt: Fondazzjoni Nazareth/ Facebook


Clifford Galea