Kemm-il darba smajna bi kritika għad-dawl tal-mini ta’ Santa Venera, Tal-Qroqq, Ta’ Giorni u ta’ Ħal Kirkop minħabba li minn meta sar it-tiġdid tad-dawl dan kien qed ikun qawwi wisq għal għajnejn ix-xufiera u kien kapaċi wkoll itellifhom fis-sewqan.

Il-Ministru Ian Borg spjega li saret sistema ġdida tad-dawl tal-mini fejn il-qawwa tad-dawl ser tibda tinbidel skont il-ħin tal-ġurnata u skont it-temp. Għalhekk dan se jkun qed jitbaxxa u jgħola mal-ħin. Hemm ukoll dawk imsejħa dimmable lights, fejn l-intensita tagħhom se tkun qed tvarja wkoll skont kif ikun id-dawl naturali ta’ barra l-mini.


Henzley  Bezzina