Omm Gerard James Borg stqarret fuq il-programm Xarabank li dejjem xtaqitu jsir qassis għaliex kien eżemplari għalkemm kien idaħħaqhom ukoll. Tgħid li fil-familja kellha wkoll sorijiet imma b'Gerard għarralha bil-kbir.

Gerard qabeż fil-pront u qal li sfurzatu biex imur abbati u waqaf, malli waqgħet ix-xemgħa fuq wiċċu mill-gandlier. Jidher li l-familja ta' Gerard hija reliġjuża mmens.

Bid-daħqa fuq wiċċu, Mark minn Xarabank staqsa lil omm Gerard kif tħossha, hekk kif minn qassis binha spiċċa jikteb fuq Sliema Wives, Bormla Babes, Madliena Married Men u bl-aħħar wieħed ikun Tignè Point Bachelors; kotba b'sensazzjoni sesswali. Omm Gerard ħatfitu fil-kelma li qrat biss l-ewwel wieħed imma l-oħrajn għax beżgħet li tkun trid tmur tqerr wara. "Iddeċidejt li ma naqrahx!"

Tajba Gerard! X'estremi dawk! Prosit tal-ħila artistika li għandek; kemm mużikalment u anke fil-kotba!

Ritratt: Facebook/ Xarabank


Clifford Galea