Fuq Facebook, il-kantant tal-Winter Moods, Ivan Grech, kiteb messaġġ li għandu jimmotiva lil kull min jaqrah u jixtarru sew.

Kiteb, "Għidha b'passjoni, għax vera tfissirha. Aqbad u għidha."

Kompla, "Saħħa jekk trid tgħid 'inħobbok' jew 'nimmissjak' ... 'nirrispettak' jew 'skużani' ... 'tfisser ħafna għalija' jew 'jimpurtani ħafna minnek' ... 'grazzi' u 'napprezzak' ... aqbad u għidha b'kemm għandek qawwa għax tagħmel id-differenza kollha."

Ma' dan żied, "Tbissem, għax tbissima tixraqlek. Nawguralkom it-tmiem il-ġimgħa t-tajba."


Bradley Cachia