Fix-xahar li fik infakkru l-għeżież tagħna li ħallew lil din id-dinja, l-preżentatur u Sindku tal-Belt sellem lil ommu. Dawk li jafu lil Alfred Zammit, jafu kemm kellu għal qalbu lil ommu.

Fuq Facebook qal, "Mumenti ta’ tfulija u tifkira ta’ Ommi u Missieri li ma jerġgħu qatt lura. Minkejja n-nuqqas ta’ dħul qatt ma rqadna bil-guħ u ħadna l-edukazzjoni u l-imħabba li l-Omm taf tagħti lil uliedha. Ħafna drabi nixtieq imqar induq r-riħa tal-ikel mill-kċina sempliċi, iżda mimlija mħabba ta’ ommi ...Apprezzaw lill-ġenituri għax ħadd mhu ser jibqa' hawn għal dejjem".

Alfred qal li jimmisjaha kull minuta! Strieħ fis-sliem Helen!


Anthony Baldacchino