Huwa fatt li l-moħħ tal-kriminali llum il-ġurnata ma ssibx tarfu. Sfortunatament il-persuni li jisirqu qegħdin kull ma jmur, jirnexxielhom isibu ħafna okkażjonijiet biex iwettqu serqa b'suċċess. 

Dan ħafna drabi jista' jiġi evitat b'aktar ħsieb min-naħa tagħna lkoll. Per eżempju, il-Pulizija ta' Malta appellat dwar l-importanza li ma nafdawx l-affarijiet personali tagħna weħidhom imkien, speċjalment f'postijiet pubbliċi fejn ħa jinġemgħu ħafna aktar nies.

Il-paġna The Malta Police Force tikteb, "Tagħmilhiex iżjed faċli għall-kriminali. Ara li l-affarijiet personali ta' valur tiegħek mhumiex aċċessibbli faċilment." Apparti minn hekk huma jġibu eżempju tipiku, ta' baskett f'bajja mimli bil-flus u affarijiet ta' valur, u li huma esposti biex jinsterqu. 

Huma jġibu eżempju anke bl-istampi, li juru kif baskett ikun f'riskju li jinsterqu l-affarijiet personali minn ġo fih. Xerred għal iktar għarfien! 


Kyle Zarb