Il-kantant li rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2004 flimkien ma' Julie Zahra bil-kanzunetta On Again... Off Again... jikteb l-opinjoni tiegħu dwar dak li seħħ ilbieraħ u r-riżultat ta' Malta fil-Eurovision Song Contest.

Opinjoni li jaqsam mas-segwaċi tiegħu u dawk li jsegwu b'reqqa dan il-festival. Hu jgħid, "Is-sens komun imur kontra dak li ġara lbieraħ f’Malmo. L-EBU donnha qed tgħidilna li 'anqas jekk inġibu l-Alla jiżfen' m’għandna ċans naraw xaqq dawl. Huwa ċar kristall li għadna nbatu għal meta ippretendejna li nirbħu akkost ta’ kollox u ngħaddu min fuq kulħadd b’gaffa. Il-qawl Malti jgħidlek Iddardarx l-għajn li trid tixrob minnha."

Hu jżid, "Jeħtieġ wieħed jixtarr sew x’ġara għax din hija kwistjoni olterjuri mix-xogħol denju u professjonali li offra t-tim Malti. Hija aktar kwistjoni ta’ kredibilità. Bravissima Sarah Bonnici. Bravu Steven Levi Vella. Bravi Tim Malta."


Emil Calleja Bayliss