Il-paġna tal-Arċdjoċesi ta’ Malta kitbet biex tawgura liż-żagħżugħ Andre Psaila li se jistqarr pubblikament li jixtieq isir saċerdot.

Ġie miktub, “Għada, fil-festa tal-Kunċizzjoni, Andrè Psaila se jitlob lill-Arċisqof Charles Scicluna sabiex jaċċettah bħala kandidat għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Andrè Psaila, li hu seminarista fil-ħames sena u ġej mill-Parroċċa ta’ Kristu Re f'Raħal Ġdid, se jistqarr pubblikament ir-rieda tiegħu li joffri lilu nnifsu lill-Knisja biex iservi bħala saċerdot. Din it-talba se ssir għada fid-9:30am waqt il-quddiesa fit-Tieni Ħadd tal-Avvent mill-Konkatidral ta' San Ġwann li se tixxandar fuq knisja.mt. Nitolbu għal dan iż-żagħżugħ sabiex il-Mulej ikompli jimxi miegħu fit-triq tal-vokazzjoni saċerdotali.”

L-imħabba tiegħu lejn Alla hija tant kbira li lest jiddedika ħajtu kompletament lil Alla. Nawgurawlu f'dan l-avveniment tant important f’ħajtu!

Facebook / Archdiocese of Malta


Gabriella Borg