Il-kantanta lokali Kaya Gouder Curmi kitbet dwar memorja għażiża għaliha. Lil Kaya niftakruha żgur meta rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision flimkien ma' Ike fl-2021. Sentejn qabel Kaya kienet irrappreżentat lil pajjiżna waqt Sanremo Junior

"Ħames snin ilu kienet waħda mill-aqwa esperjenzi ta' ħajti f'San Remo Junior. Illum il-ħabiba tiegħi Maria Curmi se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna f'Sanremo Junior."

Il-kantanta tawgura lil Maria għal din l-esperjenza. "Awguri u gawdi din l-esperjenza sabiħa. Aħna lkoll warajk." 

It-tim ta' Gwida.mt jawgura mill-qalb lil Maria għal dan il-vjaġġ mużikali li jmiss!


Kyle Zarb