Kmieni dalgħodu, l-attività ġewwa l-Belt Valletta sebħet għal jum ġdid. B'numru ta' ħwienet jerġgħu jiftħu mill-ġdid. Jidher li waħda mill-ewwel klijenti f'kafetterija kien ħadd ħlief Stellina Galea li xeħtet ritratt sabiex tawguraw l-jum it-tajjeb lil ħaddieħor.

Fil-kummenti dwar il-fatt li mmexxu l-ekonomija 'l quddiem qalet, "iva b'mod pożittiv iżda responsabbli billi nirrispettaw id-distanza soċjali u kulma nkunu qed nintalbu nagħmlu!". Hi tisħaq ukoll li importanti li nżommu mar-regoli kollha u napplikawhom sal-inqas waħda. Dawn ir-regoli fl-aħħar mill-aħħar qegħdin hemm biex jipproteġu lilna u lill-ħaddiema.

F'kumment li għaddiet lis-sit tagħna, Stellina qaltilna, "Nixtieq ngħaddi messaġġ pożittiv u bl-ebda mod ta’ sfida. Nixtieq ħafna li nara n-nies josservaw ir-regoli kollha li qed jgħaddulna sal-inqas dettall."

Żiedet ukoll punt importanti ferm, "B’dak il-mod nistgħu nuru rispett lilna nfusna, lil dawk madwarna u lil dawk li ħadmu tant sabiex wasalna s’hawn. F’dan l-istajdu huwa fundamentali li nimxu ‘l quddiem bil-mod ħalli naddattaw għan-normalità ġdida. Dak li jien dejjem emmint. Dixxiplina, nobdu u nirrispettaw biex nimxu ‘l quddiem."


Emil Calleja Bayliss