L-artist ċelebri Justin Brincat li lkoll nafuh bħala make up artist mill-aqwa, wettaq proġett ġol-istudio tiegħu billi flok fetaħ tieqa għax kellu bżonn ftit tad-dawl, iddeċieda li jagħmel akkwarju. U ngħiduha kif inhi, għamel biċċa xogħol ta' arti oħra magħmula minnu stess.

Ritratt: Instagram/ JUSTINB_ART

Iddeċieda li joħloqha hu stess u ntefa' bi ħġaru jiżbogħ bil-kreattività tiegħu. Justin apparti li huwa make up artist, huwa wkoll pittur kif ukoll joħloq biċċiet tal-arti minn ċeramika, tafal, injam u anke prodotti tan-natura bħal weraq niexef u fjuri. Saħanasitra anke jpenġi fuq il-ġisem b'tali mod li tistħajlu mlibbes.

Timmeraviljana Justin! Ibqa' sejjer hekk u tina iżjed x'naraw għaliex din id-dinja li qed ngħixu fiha għandha bżonn li naraw is-sabiħ li jaf joħloq il-bniedem.

Ritratt: Instagram/ JUSTINB_ART


Clifford Galea