Jennifer Dimech, isem familjari ma' dawk kollha li jsegwu x-xena lokali, speċjalment ix-xena tas-sbuħija lokali. Jennifer hija artista tal-make-up brava mmens u ħafna personalitajiet lokali jafdaw fiha għad-dehra tagħhom.

Ilbieraħ fuq Instagram, Jennifer qasmet ritratt mill-isbaħ, ritratt flimkien mal-partner tagħha, 36 ġimgħa fi tqala. Iva, sewwa qrajtu, Jennifer tinsab ftit jiem 'il bogħod milli twelled. Hi flimkien mal-parnet tagħha Etienne qed jistennew tifla.

Jennifer kitbtet, "Int u jien. Aħna lesti għal meta tkun lesta int. Ma nistax nistenna biex narak bħala missier." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat.

Instagram / Jennifer Dimech


Emil Calleja Bayliss