Angele Cuschieri, waqt l-intervsita tagħha ma' Melanie Kelly fil-podcast Kellymni, tistqarr li l-maġġoranza assoluta tat-tfal li jimirdu bil-kanċer ifiqu. L-istatistika hija waħda impressjonanti hekk kif 85% ta' dawk kollha li jimirdu jfiqu, iżda l-mumenti li jitilfu lil xi tifel jew tifla jiġu wkoll.
Hi tistqarr kif dawn il-mumenti, huma mumenti tassew iebsin għax li kien għalihom kull tifel u tifla li tidħol għall-kura u tkun taħt idejhom ifiqu. Sfortunatament, dan mhux il-każ. Iżda Angele tħares ħafna lejn il-pożittiv u tgħid li hi flimkien mat-tim kollu, jifirħu b'aħbarijiet pożittivi.
Bl-iktar mod onest, Angele anke tistaqsi kultant x'qed nagħtu lit-tfal meta dawn ikunu qed jirċievi l-kimoterapija. Il-kimoterapija tkisser lil dak li jkun iżda hemm bżonnha biex it-tfal u anke l-adulti jissieltu biex jiksbu ħajjithom lura.
Iżda meta wieħed joqgħod b'elf għajn x'jagħti lit-tfal sabiex dawn ikunu b'saħħithom imbagħad jispiċċaw jirċievu l-kimoterapija, bla ma trid tistaqsi ċertu mistoqsijiet. Fl-aħħar mill-aħħar taf li dan qed tagħmlu biex tgħin lil dawk it-tfal ifiqu u jiksbu saħħithom lura. Iżda mhux faċli li taċċetta dan!