Minn 18,000 student, 6.8% biss għamlu użu miIl-vawċers, li l-valur tagħhom kien jitla' sa € 300. Kien maħsub li dawn se jiġġeneraw miljuni lura fl-ekonomija. 25% tal-każijiet kollha attivi f'Malta, instab li kienu studenti u dan wassal sabiex l-iskejjel jingħalqu mill-ġdid!

Din l-iskema twaqqfet kif seħħ dan. It-Times of Malta rrapportat li skont kelliem għall-Ministru, b’kollox intefqu € 295,650 permezz tal-vawċers tal-istudenti filwaqt li € 2,069,550 ġew iġġenerati fl-ekonomija direttament u indirettament minn dawn il-vawċers.

Kieku ma żdidux il-każijiet u l-iskejjel ma spiċċawx magħluqa kien maħsub li ħafna aktar studenti kien ħa jagħmlu użu minn dawn il-vawċers li żgur kienu ħa jiġġeneraw aktar u aktar flus.


Emil Calleja Bayliss