Illum jaħbat għeluq snin wieħed mill-iktar membri ġurija favoriti mal-Maltin u l-Għawdxin, Howard Keith Debono. Mingħajr kantunieri Howard kixef kemm għalaq, u fil-fatt illum hija l-50 sena tiegħu!

"50 sena fuq din il-pjaneta li nsejħu d-dinja. Tant barkiet kif ukoll mumenti diffiċli. Propja bħall-istilla li twelidt taħtha Scorpio, dejjem lest għall-isfida li jmiss. Dan ifisser ukoll unf li xi drabi d-determinazzjoni tisboq l-apprezzament lejn l-affarijiet sbieħ ta’ madwari. Żgur li għad jonqosni x'naħdem."

Howard jirringrazzja lil kull min bagħat ix-xewqat sbieħ. "Grazzi għall-messaġġi mill-isbaħ li rċevejt." Ma jonqosx li flimkien mal-messaġġ jaqsam ritratt meħud waqt il-vjaġġ ta' X Factor Malta. 

Awguri mill-qalb Howard - nixtiqulek aktar snin ta' saħħa, suċċessi, imħabba u kuntentizza!


Kyle Zarb