Lawrence Charlene Micallef kitbu messaġġ ta' sodisfazzjon u unur lil binthom Alexia Micallef, artista li tant qed tiprometti fl-aħħar snin. Fost l-oħrajn rebħet l-Għanja tal-Poplu 2022 u Kanta Magħna f'Jannar li għadda.

Alexia llum qed tiċċelebra għeluq sninha. "20 sena u aħna sirna ġenituri. Il-Bambin għoġbu jżejnek b'ħafna talenti u int komplejt taħdem fuqhom. Awguri minn qalbna u kompli emmen fik."

Awguri mill-qalb Alexia! Nawgurawlek aktar saħħa, hena u suċċessi.

Facebook/ Lawrence Charlene Micallef


Kyle Zarb