Ilbieraħ iben Nicholas Camilleri, Malcolm, esprima n-niket li għaddej minnu hu flimkien mal-familjari kollha. Indirizza messaġġ lil missieru fejn sellem il-memorja tiegħu.

Malcolm b'qalb maqsuma kiteb, “daqshekk tlabtek pariri għal xi installazzjoni fid-dawl jew x'tip ta’ għodda jaqbilli nixtri. Daqshekk saqsejtni kif tagħmel xi ħaġa semplici fuq il-laptop jew għal xiex mhux jaħdem il-printer.”

Aktar kmieni dalgħodu t-tabib Dr. Frank Portelli xerred il-post ta' Malcolm, u esprima d-dispjaċir tiegħu flimkien ma' suġġeriment. "X'dieqa. Għandna bżonn ċentru walk in fejn in-nies taħt stress qawwi jistgħu jirrikorru għal għajnuna urġenti."

Ta' min wieħed isemmi li għal min jixtieq illum il-ġurnata hawn diversi modi kif tista' ssib għajnuna professjonali, fosthom anke online chats, fejn inti tesprimi ruħek u dak li qed iżżomm ġo fik. Bla dubju, aktar kemm ikun hawn iżjed għajnuna, aktar aħjar.

Din kienet aħbar li bla dubju nisslet dispjaċir kbir u swied ta' qalb fil-komunità. Strieħ fis-sliem Nicholas. 


Gwida.mt