Il-kantanta żagħżugħa li rajnieha fuq Malta's Got Talent, The Voice Kids u fil-Junior Eurovision, kif ukoll qed narawha fuq Brillanti Singers qasmet filmat tassew ħelu fejn kellha ċ-ċans li tkanta fl-anniversarju tan-nanniet tagħha. Huma ċċelebraw 50 sena flimkien.

Yulan qasmet filmat tagħha tkantalhom f'dan il-jum għażiż u kitbet, "X'barka li ċċelebrajna l-50 anniversarju taż-żwieġ tan-nanniet tiegħi. Alla berikna li jkollna ċ-ċans biex niċċelebraw dan it-tragward mill-aqwa."

Hi żżid, "Tajthom sorpriża billi kantajt l-ewwel kanzunetta taż-żfin tagħhom li ndaqqet f’jum it-tieġ tagħhom."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkomplu jgawdu lil xulxin f'ħafna mħabba u hena. Awguri mill-qalb!

Facebook / Yulan Law


Emil Calleja Bayliss