Ftit jiem ilu l-President tal-Istati Uniti kien preżenti għall-funeral tal-Papa Franġisku, fejn saħansittra kompla bil-laqgħat tant impenjattivi tiegħu flimkien mal-President tal-Ukrajna. Qala kontroversja żgħira hekk kif ma kienx liebes ħwejjeġ suwed u għażel li jielbes il-kulur blu skur, iżda issa qala kontroversja ikbar hekk kif qasam ritratt tiegħu innifsu liebes tal-papa, magħmul bl-intelliġenza artifiċċjali. Dan jaf tefgħu hekk kif proprju ftit jiem ilu qal mal-ġurnalisti li jixtieq li jkun papa, b’ton umoristiku.

Il-Papa Franġisku kien fost in-numru kbir ta’ nies kritiċi għal Donal Trump. Saħansittra kien qal li min moħħu biex jibni il-ħitan minflok il-pontijiet mhux Kattoliku. Trump jikkunsidra lilu nnifsu bħala Kristjan.

X’taħsbu? Ċajta ħelwa, jew mhix f’posta?

Facebook/Donald J. Trump


Charlton Cefai