Dawk li segwu l-paġna ta’ Joe Demicoli fuq Facebook jafu kemm ta’ sikwit iħobb jaqsam xi ċajta ħelwa mas-segwaċi tiegħu akkumpanjata minn xi ritratt ħelu magħmul bl-intelliġenza artifiċċjali. Illum dan ma naqasx.

Beda billi qal, “80 AD kienu saru l-loghob tal-pajjiżi ż-żgħar fil-Kolissew ta' Ruma, u Malta bagħtet lili għall-kompetizzjoni tal-gladjaturi. Kont imlaqqam 'Gladiator the Radiator' minħabba biċċa apparat li kelli mal-libsa sabiex ma nisħonx. (ritratt)”

Kompla billi żied jgħid, “L-iktar ġlieda famuża u li jien irbaħt b'knockout fit-tieni round kienet ma’ ljun li llum wieħed jista’ jara ibbalzmat fi Triq Sant Anna il-Furjana bħala tifkira.”


Charlton Cefai