Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam messaġġ dwar dak li ġara riċentament lill-bastiment tal-Freedom Flotilla.
Beda billi qal, “Nhar il-Ħamis filgħaxija seħħet traġedja fis-skiet taqtgħu b'sikkina! Il-bastiment tal-Freedom Flotilla, mimli għajnuna umanitarja għal Gaza, ġie rrappurtat li ġie attakkat b’drones ħdejn Malta. L-ekwipaġġ kien f’riskju. Il-merkanzija ta' fuqu ġiet meqruda. L-NGO qed tipponta subgħajha lejn Iżrael.”
Kompla billi żied, “Jekk dan jiġi kkonfermat, ovvjament dan huwa ksur serju tal-liġi internazzjonali – kontra dawk li qed jippruvaw jgħinu popolazzjoni li tinsab taħt assedju. Diversi kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali ilhom jirrappurtaw għal ġimgħat sħaħ li l-ġuħ li ħakem lill-Gaża huwa litteralment "nail-biting".”
Qal ukoll, “Kemm iktar orrur u traġedji irridu naraw biex id-dinja tqum u tgħid li dan huwa ħażin? Donnu Papa Franġisku kien wieħed mill-ftit mexxejja b'saħħithom li ma beżax isejjaħ dan kollu b'ismu - ġenoċidju!”
Facebook/Nicholas Briffa