Bħalissa jinsab qattus persjan abjad mitluf fiż-żona ta’ Paris, Birkirkara li jismu Snow, Snow huwa Persjan abjad, pjuttost piluż. Is-sidien tiegħu qed jagħmlu appell sabiex jekk jinstab jew jiġu kkuntatjatni fuq il-mobile tagħhom jew jiġi rritornat lura f’darhom. Dan il-qattus għandu wkoll kundizzjoni tas-saħħa.

“Qattus Persjan Mitluf. Jekk jogħġobkom għinuna nsibu l-qattus tagħna, Snow. Ċemplu fuq dan in-inumru tal-mobajl 79907870. Jekk issibuh nitolbukom tirritornawh lura lilna.  Mitluf fiż-żona ta’ Paris, Birkirkara.”

Dawn il-qtates ta’ din ir-razza huma magħrufa għal ġentilezza tagħhom. Nittamaw li dan il-qattus jinstab malajr kemm jista’ jkun sabiex jerġa’ jirritorna lura għand il-familja tiegħu li tant tħobbu.

Xerrdu dan l-artiklu biex insibu lil dan il-qattus ħalli ma jibqax mitluf. Nirringrazzjaw mill-qalb lil kull min qed jagħmel ħiltu kollha sabiex jinstab.


Rowena Grech