Il-preżentatur u kunsillier fil-Belt Valletta Christian Micallef qasam ritratt ta' ibnu l-għażiż f'għeluq il-ħames snin tiegħu. Kultant iż-żmien ma narawhx għaddej u t-tfulija tgħaddi malajr wisq!
Christian jaqsam ritratt ta' ibnu u jiktiblu messaġġ qasir f'dan il-jum speċjali, "Ġużè tiegħi llum jagħlaq ħames snin. Qed tikber malajr wisq sieħbi. Il-kliem qatt mhu se jkun biżżejjed biex jiddeskrivi kemm inħobbok. Awguri f'għeluq sninek."
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Ġużè l-isbaħ xewqat. Ninsabu ċerti li l-ġenituri tiegħu ħejjewlu xi ħaġa speċjali f'dan il-jum. Kull missier u kull omm jieħdu gost jaraw lit-tfal tagħhom jifirħ u jiċċelebraw f'dawn il-jiem speċjali.
Sabiħ li tiċċelebra ma' dawk li jdawlulek u jimlewlek ħajtek b'tant għożża u ferħ!
Facebook / Christian Micallef