Il-grupp The Travellers tefa' fuq il-paġna uffiċjali dwar il-ġurnata speċjali ta' wieħed mill-membri tagħhom. Il-ġurnata meta qal is-signor si.

Kif tafu din mhix l-ewwel darba li xi membru minn tagħhom għamel dan il-pass, u nafu li dejjem tarahom magħqudin f'din il-ġurnata wkoll biex jiċċelebrawha. Din id-darba kien imiss jiċċelebraw mal-mużiċist Clayton.

"U Clayton għamilha wkoll! Nixtiequ nawguraw lilu u lil Natalya għal dan il-kapitlu ġdid f'ħajjithom," jikteb il-grupp. Huma xerrdu żewġ ritratti mill-isbaħ magħqudin flimkien fil-jum taż-żwieġ ta' Clayton.

F'isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw minn qalbna lil Clayton u lil martu!


Kyle Zarb