Illum jagħlaq sninu l-attur bravissimu Lawrence Buontemp. Lil Lawrence nafuh jaħdem f'produzzjonijiet bħal L-Ispettur Lowel, Strada Stretta, Elf Metodu u riċentament JACKPOT 4. 

Kollega tiegħu, l-attriċi Joanne Busuttil kienet waħda minn dawk li kitbu l-awgurju għal Lawrence. "Awguri minn qalbi Wenz! Attur bravissimu, xi ftit perfezzjonist, puntwali u ta' rispett kbir. Kien ta' unur kbir għalija li ħdimna flimkien. Jalla jkollok jum sabiħ illum u dejjem flimkien mal-familja sabiħa tiegħek. Iddeverti Prim!"

It-tim ta' Gwida.mt jawgura mill-qalb lil Lawrence!

Facebook/ Lawrence Buontemp


Gwida.mt