Raisa mill-paġna popolari My Trio, ser tkun qed tniedi proġett ġdid li fih ser tagħmel xi ħaġa għall-ewwel darba - tkanta. Kif ħafna jafu Raisa tilfet lil missierha, u ħasset li wasal iż-żmien li tiddedikalu kanzunetta oriġinali.

Raisa ħabbret li ngħaqdet mal-awtur Emil Calleja Bayliss, il-kompożitur Cyprian Cassar u mal-għalliema tal-vuċi Gillian Attard. "Ħriġna diska oriġinali għall-għażiż missieri. Lirika mill-isbaħ, diska bil-Malti. Kelli nagħmel is-sagrifiċċji li hemm bżonn. Lezzjonijiet, training għal leħni... ħerqana biex naqsamha magħkom."

Ser tkun qed taqsam diversi aġġornamenti, mumenti minn wara l-kwinti, u aktar. Dan kollu sakemm tniedi uffiċjalment il-kanzunetta.

Ninsabu ċerti li ser tagħmlu tant kburi mill-ġenna fejn qiegħed. Prosit Raisa!    

View this post on Instagram

A post shared by My Trio (@mytrio123)


Kyle Zarb