Ilbieraħ kien hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħt tal-Eurovision Song Contest. Il-kantanta Maltija ħalliet lil kulħadd b'ħalqu miftuħ xħin dehret fuq it-tapit ċelest b'libsa tad-disinjatur Maximilian Gedra li hu bbażat ġewwa Berlin. Libsa li tħallat il-moda mal-arti u tħalli impressjoni fuq kull min jaraha. Tajjeb li ngħidu li Sarah għandha figura mill-aqwa u tilbes x'tilbes ħa tidher tajba fih.

It-tibdila sħiħa ta' Sarah mingħajr iż-żarbun tista' tinxtara għall-prezz ta' €4,250. Il-libsa weħidha tiswa €2,550, il-kappell jiswa €1,350 filwaqt li l-basket li jikkumplimenta l-libsa jiswa €350. Wieħed jista' jsib din it-tibdila billi jidħol fis-sit tad-disinjatur billi jagħfas HAWN. Tajjeb li ngħidu li t-tibdila ġiet mogħtija bi sponsor lill-kantanta Maltija, il-libsa dehret ukoll waqt il-Berlin Fashion Week ta' din is-sena. 

Jekk hawn xi ħadd jitħajjar għaliha issa tafu minn fejn tistgħu tixtruha! Id-disinjatur għandi diversi tibdiliet bi stil innovativ għall-aħħar!

Ikollkom avveniment hekk intom kieku tilbsu tibdila li tispikka daqstant? 

Instagram / Sarah Bonnici


Gwida.mt