Il-paġna ta’ Facebook It-Temp Madwarna qasmu mal-pubbliku t-tbassir tat-temp għall-ħamest ijiem li ġejjin. Huma wissew li fi tmiem il-ġimgħa mistenni li ħa jkollna riħ qawwi, ta’ forza bejn 6-7.
Tajjeb li wieħed jevita anke ż-żoni bil-baħar għaliex dan mistenni li ħa jkun qawwi wkoll u jaf ikun perikoluż. It-temp mistenni jkun xemxi għada u l-Ħamis 9 ta’ Marzu, li mbagħad isir ftit imsaħħab nhar il-Ġimgħa. Il-Ġimgħa hemm 65% ċans ta’ xita.
It-temperatura, madanakollu, mistennija jibqgħu pjuttost għoljin kif inhuma, u jvarjaw bejn it-18 °C u l-20 °C.