Taylor Swift laħqet uffiċjalment l-istatus ta' biljunarja wara 17-il sena fil-karriera tagħha bħala l-akbar superstar tal-mużika.

Aktar kmieni Forbes ħarġet il-lista tal-biljunarj tal-2024 u Taylor telgħet fl-erbatax-il post b’ammont ta’ $1.1 biljun.

L-istilla tal-pop ta’ 34 sena, li hija l-aktar mara famuża fil-lista, ġabret fortuna stmata ta’ $1.1 biljun, ibbażata fuq il-qligħ mill-blockbuster tagħha Eras tour, il-valur tal-katalgu tal-mużika tagħha u l-portafoll tal-proprjetà tagħha. Il-kisba hija partikolarment monumentali peress li hija fost il-ftit ċelebritajiet żgħar li kisbu t-tragward 'permezz tal-mużika u l-wirjiet li tat weħidha.'

Eras Tour ta' Taylor huwa l-ewwel tour li kiseb l-ammont ta' $1 biljun, skont iċ-ċarts ta' tmiem is-sena 2023 ta' Pollstar.


Kyle Zarb