Fuq il-midja soċjali ġie ppubblikat ritratt li juri speċi ta' brama, magħrufa bħala Qassata, li tfaċċat fil-baħar Malti qabel iż-żmien. Fil-fatt din l-ispeċi ssoltu tkun mistennija li tidher lejn Santa Marija, u mhux daqstant kmieni f'Awwissu. Alan Deidun, persuna li hi għandha għarfien dwar dan, kiteb li "t-temperaturi għoljin tal-ilma baħar jiffavorixxu l-iżvilupp u l-fjoritura tagħha." 

Jidher li din l-ispeċi tibqa' f'wiċċ l-ilma hekk kif għandha tentacles/ tentakli li huma mgħammra apposta biex jipproduċu tip ta' sustanza, bl-Ingliż isejjħulu litteralment zokkor. Għal aktar informazzjoni u dettalji tista' tidħol HAWN 


Kyle Zarb